new-savings-product-launched

New Savings Products

Mediterranean Bank is pleased to announce the launch of two new and innovative products.

Me12 Savings Account
• Available in EUR and GBP at 1.75% p.a. and 2.50% p.a. respectively 
• Interest paid twice a year
• No minimum deposit required
• Withdrawal subject to a 12-month notice
• Request to withdraw cannot be made in the first three months after account opening
• The Bank and its products are regulated by the Malta Financial Services Authority (MFSA)

 

tiMe Account
• A regular savings account into which you can make monthly deposits (minimum €100) and top it up with one-off deposits
• Available in EUR at 1.00% p.a. plus an additional bonus incentive of 1.00%
• After 12 months the final balance on the account (minimum €3,000) is used to purchase a model portfolio of mutual funds with a balanced risk profile (the "Balanced Model Portfolio)
• Your interest and your bonus incentive are paid at the end of the 12 months' period and will be used to purchase the Balanced Model Portfolio
• The Balanced Model Portfolio must be held for a minimum of three months after purchase
• You can continue saving into your Balanced Model Portfolio by adding monthly contributions to your account and gradually growing your investment
• The Bank and its products are regulated by the Malta Financial Services Authority (MFSA)
 

We also take the opportunity to inform you that the interest frequency for the Me3 Savings Account has changed. Interest is now paid every six months on the last Business Day of June and December, rather than once a year.

We invite you to visit one of our branches or call us on (+356) 2557 4400 to apply for the new products.


Prodotti Ġodda

Nixtiequ ninfurmawk li l-Bank għadu kemm ħareġ żewġ prodotti innovattivi.

Me12 Savings Account
• Kont offrut fl-Euro u fil-lira sterlina, b’rata ta’ interessi ta’ 1.75% u 2.50% fis-sena, rispettivament
• L-interessi jitħallsu darbtejn fis-sena
• Depożitu minimu mhux meħtieġ
• Huwa meħtieġ li tavża 12-il xahar qabel sabiex tiġbed flus mill-kont
• Ma jistgħux jinġibdu fondi fl-ewwel tliet xhur wara li jinfetaħ il-kont
• Il-Bank u l-prodotti tiegħu huma rregolati mill-Awtorita’ għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA)

 

tiMe Account
• Kont fejn wieħed jista’ jfaddal ammont fix-xahar (minimu ta’ €100 fix-xahar) kif ukoll jiddepożita ammonti oħra
• Kont offrut fl-Euro b’rata ta’ interessi ta’ 1.00% fis-sena kif ukoll inċentiv ta’ bonus ta’ 1.00%
• Wara 12-il xahar il-kont jintuża sabiex jinxtara portafoll ta’ mutual funds bi profil ta’ riskju bilanċjat (il-“Balanced Model Portfolio”)
• L-interessi kif ukoll il-bonus jitħallsu fl-aħħar tat-12-il xahar u jiġu miżjuda mal-kapital sabiex jinxtara il-Balanced Model Portfolio
• Il-Balanced Model Portfolio irid jinżamm minn tal-inqas għal tliet xhur
• Tista’ tkompli tfaddal ammonti fix-xahar fil-Balanced Model Portfolio sabiex tkompli tkabbar l-investiment tiegħek
• Il-Bank u l-prodotti tiegħu huma rregolati mill- Awtorita’ għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA)


Nixtiequ ukoll nieħdu l-opportunita’ sabiex ninfurmawk li kien hemm tibdil fuq il-kontijiet Me3 Savings Account fejn l-interessi issa ser jibdew jitħallsu darbtejn fis-sena, fl-aħħar ġurnata ta’ Ġunju u Diċembru, minflok darba fis-sena.

Żur waħda mill-fergħat tagħna jew ċemplilna fuq (+356) 2557 4400 sabiex tapplika għal prodotti l-ġodda.